Difference between revisions of "Adrian Sciberras"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Included Page: Adrian Sciberras)
 
(Arranged Page: Adrian Sciberras)
Line 13: Line 13:
L-ewwel marċ brijuż li kkompona Mro. Adrian Sciberras kien ġie rrekordjat bl-isem ta’ '''Blue Blood''' (Great Saint isem oriġinali) mill-banda tas-[[Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae]] ta’ [[Ħaż-Żabbar]] fl-2012. Minn dakinhar qatt ma’ ħares lura u dejjem ra kif jipperfezzjona l-kompożizzjoni kif ukoll dejjem ra li jibni l-istil uniku tiegħu. Minn wara l-2016, propju is-sena li kien irrekordja it-tieni marċ tiegħu mal-Banda [[Anici Band and Social Club]] ta’ [[Ħal-Qormi]] bl-isem ta’ '''Supremazija Stilliera''' (La Vecchia Signora isem oriġinali), tista’ tgħid li rrekordja diversi marċi ma’ diversi baned Maltin u Għawdxin b’ mod regolari kif ukoll kiteb diversi marċi brijużi, funebri, innijiet devozzjonali u innijiet proċessjonali, kif ukoll valzi, arranġamenti u mużika oħra. Il-pinna ta’ Adrian Sciberras ħarġet ukoll mill-gżejjer Maltin, fejn marċi funebri u brijużi ġew mitluba lilu biex jindaqqu ġewwa l-Italja u l-Awstralja.
L-ewwel marċ brijuż li kkompona Mro. Adrian Sciberras kien ġie rrekordjat bl-isem ta’ '''Blue Blood''' (Great Saint isem oriġinali) mill-banda tas-[[Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae]] ta’ [[Ħaż-Żabbar]] fl-2012. Minn dakinhar qatt ma’ ħares lura u dejjem ra kif jipperfezzjona l-kompożizzjoni kif ukoll dejjem ra li jibni l-istil uniku tiegħu. Minn wara l-2016, propju is-sena li kien irrekordja it-tieni marċ tiegħu mal-Banda [[Anici Band and Social Club]] ta’ [[Ħal-Qormi]] bl-isem ta’ '''Supremazija Stilliera''' (La Vecchia Signora isem oriġinali), tista’ tgħid li rrekordja diversi marċi ma’ diversi baned Maltin u Għawdxin b’ mod regolari kif ukoll kiteb diversi marċi brijużi, funebri, innijiet devozzjonali u innijiet proċessjonali, kif ukoll valzi, arranġamenti u mużika oħra. Il-pinna ta’ Adrian Sciberras ħarġet ukoll mill-gżejjer Maltin, fejn marċi funebri u brijużi ġew mitluba lilu biex jindaqqu ġewwa l-Italja u l-Awstralja.


Fl-2022 rebaħ konkors nazzjonali ta’ marċi proċessjonali organiżżat mis-[[Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema]], tal-[[Mġarr]], bl-ewwel marċ proċessjonali li qatt ikkompona, bl-isem ta’ '''In Assumptione Beatae Maria Virginis'''.
Fl-2022 rebaħ konkors nazzjonali ta’ marċi proċessjonali organiżżat mis-[[Soċjeta' Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema]], tal-[[Mġarr]], bl-ewwel marċ proċessjonali li qatt ikkompona, bl-isem ta’ '''In Assumptione Beatae Maria Virginis'''.


Adrian Sciberras jaħdem fi-amministrazzjoni ta’ waħda mill-entitajiet governattivi. Huwa jgħix is-[[Siġġiewi]], miżewweġ lil Sarah u għandu tifel.
Adrian Sciberras jaħdem fi-amministrazzjoni ta’ waħda mill-entitajiet governattivi. Huwa jgħix is-[[Siġġiewi]], miżewweġ lil Sarah u għandu tifel.

Revision as of 12:11, 2 June 2024

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Is-Surmast Adrian Sciberras DipMusLCM huwa mużiċist u kompożitur ta’ diversi marċi brijużi, marċi funebri, innijiet, arranġamenti u mużika oriġinali. Imwieled fl-25 ta’ Mejju, 1985 u mgħammed fil-Knisja l-Antika u Matriċi ta’ Santa Venera V.M. Beda l-istudji mużikali tiegħu mal-Banda tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun fl-1993 ma’ Mro. Joe Camilleri, assistent Surmast tal-istess banda f’ dak iż-żmien. Fil-Festa ta’ San Gejtanu tal-1997 ħareġ idoqq id-drums mal-istess banda taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Raymond Sciberras fl-eta’ ta’ 12 -il sena, fejn minn hemm beda jattendi wkoll għall-kunċerti ta’ kull ġimgħa fis-sala prinċipali tal-każin, kif ukoll beda xi lezzjonijiet primarji tat-tejorija ma’ Mro. George Debono li kien għalliem fl-istess Għaqda Mużikali.

Bejn l-2002 u l-2012 kien hemm waqfa ta’ madwar 10 snin mill-baned u l-istudju mużikali. Reġa’ beda l-istudji tiegħu mal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun fl-2012, fejn wara 10 snin reġa’ sab lil Mro. Joe Camilleri li miegħu tgħallem is-solveġġ, iżda eventwalment meta għażel il-kurunetta bħala strument kompla l-istudji tiegħu ma’ Mro. Jonathan Borg, Surmast tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun. Bil-kurunetta beda jdoqq mal-banda fl-2018, iżda l-imħabba u l-ġibda lejn il-perkussjoni qatt ma naqqset u għalhekk dejjem pprefera li jdoqq l-istrumenti tal-perkussjoni b’mod speċjali il-katuba, li hu dejjem irrefera għaliha bħala il-qalb tal-banda u kull forma ta’ grupp mużikali’.

Fl-2015 beda l-istudji tiegħu fit-tejorija ma’ Mro. Etienne’ Spiteri u Ms. Rita Micallef rispettivament fejn irnexxielu jikseb il-gradi kollha fit-tejorija tal-mużika tal-University of West London College of Music. Eventwalment kif kienet ix-xewqa dejjiema ta’ Adrian Sciberras kompla l-istudji avvanzati fit-tejorija, kompożiżżjoni, kontrapunt, armonija u orkestrazzjoni taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Raymond Sciberras, fejn għadu jistudja sal-lum u sa issa kiseb id-diploma mill-istess Universita ta’ Londra. (Dip.MusLCM).

Adrian Sciberras minn dejjem xtaq li jipperfezzjona fil-kompożizzjoni, u kien għalhekk li resaq ‘il quddiem biex jistudja it-tejorija, għax ħafna mill-ħin liberu tiegħu iqattgħu jistudja, jaqra kotba ta’ kompożituri klassiċi, barokki, romantiki u kontemporanji, kif ukoll kotba differenti li jikkonsistu il-kompożizzjoni, b’ mod speċjali fl-armonija. Iħobb ukoll janalizza mużika antika u jisma din it-tip ta’ mużika, speċjalment lil kompożituri favoriti tiegħu Bach, Mozart u Beethoven fost oħrajn. Adrian Sciberras attenda wkoll masterclasses online li jirrigwardjaw id-direzzjoni mużikali, kif ukoll direzzjoni ta’ korijiet u orkestri ma’ Dr. John Zastoupil kif ukoll Ma’ Mr. Ben-Lewis Smith rispettivament.

L-ewwel marċ brijuż li kkompona Mro. Adrian Sciberras kien ġie rrekordjat bl-isem ta’ Blue Blood (Great Saint isem oriġinali) mill-banda tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar fl-2012. Minn dakinhar qatt ma’ ħares lura u dejjem ra kif jipperfezzjona l-kompożizzjoni kif ukoll dejjem ra li jibni l-istil uniku tiegħu. Minn wara l-2016, propju is-sena li kien irrekordja it-tieni marċ tiegħu mal-Banda Anici Band and Social Club ta’ Ħal-Qormi bl-isem ta’ Supremazija Stilliera (La Vecchia Signora isem oriġinali), tista’ tgħid li rrekordja diversi marċi ma’ diversi baned Maltin u Għawdxin b’ mod regolari kif ukoll kiteb diversi marċi brijużi, funebri, innijiet devozzjonali u innijiet proċessjonali, kif ukoll valzi, arranġamenti u mużika oħra. Il-pinna ta’ Adrian Sciberras ħarġet ukoll mill-gżejjer Maltin, fejn marċi funebri u brijużi ġew mitluba lilu biex jindaqqu ġewwa l-Italja u l-Awstralja.

Fl-2022 rebaħ konkors nazzjonali ta’ marċi proċessjonali organiżżat mis-Soċjeta' Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema, tal-Mġarr, bl-ewwel marċ proċessjonali li qatt ikkompona, bl-isem ta’ In Assumptione Beatae Maria Virginis.

Adrian Sciberras jaħdem fi-amministrazzjoni ta’ waħda mill-entitajiet governattivi. Huwa jgħix is-Siġġiewi, miżewweġ lil Sarah u għandu tifel.