Difference between revisions of "Soċjetà Mużikali San Pawl"
Line 22: | Line 22: | ||
* 1. Il-Każin jismu ST PAUL’S BAY CLUB | * 1. Il-Każin jismu ST PAUL’S BAY CLUB | ||
* 2. L’iskop ta’ dan il-Każin hu li jservi ta’ rikreazzjoni għall-membri tiegħu permezz ta’ ġurnali, logħob ta’ karti, billiard u kwalunkwe logħob ieħor permess mill-liġi u li jgħin kwalunkwe mezz li jkun jista’ lill-Parroċċa u lill-pajjiż. | * 2. L’iskop ta’ dan il-Każin hu li jservi ta’ rikreazzjoni għall-membri tiegħu permezz ta’ ġurnali, logħob ta’ karti, billiard u kwalunkwe logħob ieħor permess mill-liġi u li jgħin kwalunkwe mezz li jkun jista’ lill-Parroċċa u lill-pajjiż. | ||
* 3. Il-Każin jista’ jifforma banda, orkestra jew teams ta’ sports pero’ ma’ jieħu ebda’ parti biex jgħin jew ifixkel xi partit politiku, filarmoniku, filodrammatiku, team ta’ sport jew xi korp ieħor kostitwit. | |||
* 4. Il-Każin ikun immexxi minn Kumitat magħmul minn President, Segretarju, Kaxxier, Viċi President, Assistent Segretarju, Assistent Kaxxier u tlett membri oħra. | |||
* 5. Il-Kappillan tar-raħal biss jista’ jkun President Onorarju. | |||
* 6. Il-President, is-Segretarju u l-Kaxxier għandhom kull sena, f’seduta Ġenerali, jagħtu riżultat tax-xogħol li jkunu għamlu matul is-sena. | |||
* 7. Dan l-Istatut jista’ biss jiġi emendat f’seduta ġenerali li fiha jivvotaw tlett kwarti favur u li tkun ġiet imsejjħa apposta. | |||
Revision as of 14:05, 2 August 2023
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
L-Istorja tal-Każin Banda San Pawl
TWAQQIF TAS-ST PAUL'S BAY CLUB
Fl-1945, inħatar bħala d-disa’ Kappillan tal-Parroċċa ddekidata lill-Madonna tad-Duluri, Patri Ġann Franġisk Grima OFM Conv. Kienu s-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjijja u l-poplu Malti kien għadu qed jistejqer minn din it-traġedja, li sfortunatament messet lil San Pawl il-Baħar ukoll. Patri Ġann Franġisk ried jieħu ħsieb il-bniedem fil-milja tiegħu, jiġifieri ir-ruħ u l-ġisem. Ħadem u stinka kemm felaħ sabiex il-Pawlini jkunu moqdija spiritwalment bl-aħjar mod possibbli, imma ma’ waqafx hemm.
Nħar is-26 ta’ Marzu 1946 sejjaħ fl-uffiċċju tiegħu, fil-Kunvent, lil Francis X Dingli, Dr. Joseph Bonavia MD, Dr. Joseph Caruana MD, is-Sur Felix Grech u lis-Sur Joe Catania. L-għan li għalieh kienet issejħet din il-laqgħa kien biex f’San Pawl il-Baħar jinfetaħ Każin Soċjali, fejn l-irġiel ikollhom fejn jiltaqgħu u jqattgħu ftit tal-ħin. Għal dan il-għan, fl-istess laqgħa ġie ffurmat Kumitat temporanju li kellu jibda’ bit-tħejjijiet għat-twaqqif tal-Każin.
- President Rev. Kappillan Patri Ġann Franġisk Grima
- Segretarju Francis X. Dingli
- Kaxxier Dr. Joseph Bonavia MD
- MembrU Dr. Joseph Caruana MD
- MembrU Is-Sur Felix Grech
- MembrU Is-Sur Joe Catania
Fl-istess laqgħa il-Kumitat iddiskuta u aċċetta l-kundizzjonijiet li kellhu quddiemu fuq il-post numru 61, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar u ġie deċiż li dan il-post, li qabel kien rekweżit mis-Servizz, isir is-sede tal-każin il-ġdid. Is-Segretarju tqabbad biex jagħmel abbozz tar-regolamenti għall-Każin.
L-EWWEL STATUT
Fit-tieni laqgħa li saret fl-1 t’April 1946, fl-Uffiċċju tal-Kappillan, il-Kumitat approva unanimament ir-regolamenti u b’hekk ġie ffurmat l-Istatut tal-Każin.
STATUT
- 1. Il-Każin jismu ST PAUL’S BAY CLUB
- 2. L’iskop ta’ dan il-Każin hu li jservi ta’ rikreazzjoni għall-membri tiegħu permezz ta’ ġurnali, logħob ta’ karti, billiard u kwalunkwe logħob ieħor permess mill-liġi u li jgħin kwalunkwe mezz li jkun jista’ lill-Parroċċa u lill-pajjiż.
- 3. Il-Każin jista’ jifforma banda, orkestra jew teams ta’ sports pero’ ma’ jieħu ebda’ parti biex jgħin jew ifixkel xi partit politiku, filarmoniku, filodrammatiku, team ta’ sport jew xi korp ieħor kostitwit.
- 4. Il-Każin ikun immexxi minn Kumitat magħmul minn President, Segretarju, Kaxxier, Viċi President, Assistent Segretarju, Assistent Kaxxier u tlett membri oħra.
- 5. Il-Kappillan tar-raħal biss jista’ jkun President Onorarju.
- 6. Il-President, is-Segretarju u l-Kaxxier għandhom kull sena, f’seduta Ġenerali, jagħtu riżultat tax-xogħol li jkunu għamlu matul is-sena.
- 7. Dan l-Istatut jista’ biss jiġi emendat f’seduta ġenerali li fiha jivvotaw tlett kwarti favur u li tkun ġiet imsejjħa apposta.
Kitba u tagħrif miġbur minn Keith Muscat
Organisation
Band Masters
No | Band Master | From | Until |
---|---|---|---|
01 | Emmanuel Gauci | 1948 | |
02 | Salvino Vella | 1950 | 1967 |
03 | Amante Attard | 1967 | 1981 |
04 | Charles Cachia | 1981 |
Presidents
No | President | From | Until |
---|---|---|---|
01 | Fr. Ġann Franġisk Grima OFM Conv. | 1947 | 1949 |
02 | Dr. Ġużeppi Attard Montaldo | 1949 | 1955 |
03 | Dr. Mario Sant Cassia M.A. | 1955 | 1981 |
04 | John Bray | 1981 | 1994 |
05 | Paul Bugeja | 1994 | |
06 | Saviour Bugeja | ||
07 | Gilbert Bugeja | 2019 |
Secretaries
Treasurers
Band Commissions
Band Activities Overseas
Historical Events in which the Band participated
Song Festivals, Events or Drama Activies
Annual Concerts
Annual Musical Activities
Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)
Cassettes
No | Name of Cassettes - Festive Marches | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Festive Marches - Marċi Brijuzi - St Paul's Band Club (St Paul's Bay) (1995) | 1995 | * |