Soċjeta Filarmonika Prekursur - Xewkija
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
STORJA
Il-Bidu
L-Għaqda Filarmonika Prekursur tax-Xewkija Għawdex, ġiet imwaqqfa fit-13 ta' Mejju 1929 mis-Sur Wenzu Cauchi u s-Surmast Andrea Borg. L-għan ewlieni tat-twaqqif ta' din l-għaqda kien li tiġi mwaqqfa banda Mużikali fix-Xewkija, sabiex din tieħu sehem fil-jiem tal-festa tat-Twelid ta' San Ġwann Battista, Patrun tar-raħal tax-Xewkija. Il-Kavallier Lorenzo Zammit Haber, mexxa l-ewwel laqgħa tal-kumitat nhar it-Tnejn, 13 ta' Mejju 1929. Dan l-ewwel kumitat ħadem bis-sħiħ sabiex din il-ħolma tal-poplu tax-Xewkija, li jkollu l-banda tiegħu ssir realta`.
Kien fl-1 ta' Jannar 1930 meta l-banda daqqet għall-ewwel darba marċijiet fix-Xewkija fl-okkażjoni ta' l-ewwel tas-sena. F'Ġunju ta' l-istess sena l-banda ħadet sehem attiv fil-festa ta' San Ġwann Battista, fejn il-banda żanżnet standard waqt li daqqet diversi marċi mat-toroq tax-Xewkija u esegwiet programm fil-Pjazza tax-Xewkija taħt is-Surmast Andrea Borg. L-ewwel servizz tal-banda barra mir-raħal kien meta ħadet sehem fil-festa tal-Madonna ta' Lourdes, l-Imġarr, Għawdex nhar is-17 ta' Lulju 1930.
Sa mill-ewwel ġranet mit-twaqqif tal-banda Prekursur, ta' spiss kienet tkun mistiedna biex tieħu sehem fil-festi titulari li jiġu ċċelebrati fl-irħula t'Għawdex u ta' Malta, u ċelebrazzjonijiet ta' festi nazzjonali. Il-banda Prekursur ħadet sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet li kkommemoraw l-Inkoronazzjoni tar-Re Ġorġ Vl. Fl-1934 il-moviment tal-Boy Scouts ingħaqad mall-banda Prekursur u sar parti integrali ma l-istess banda. Fis-sena 1936 il-Gvernatur ta' Malta Sir Charles Bhoam Carter għamel żjara fil-każin tal-banda, fejn ġie milquħ bid-daqq ta' marċi brijużi. Fil-31 ta' Lulju 1938 l-banda prekursur qasmet il-fliegu tal-gżejjer Maltin għall-ewwel darba u ħadet sehem fil-festa ta' Marija Addolorata f'San Pawl il-Baħar fejn għamlet marċ u programm mużikali. Madanakollu għall-aħħar tas-sena 1939, l-attivitajiet kollha tal-banda kellhom jieqfu ħesrem, billi faqqgħet it-tieni gwerra dinjija fejn il-każin tal-banda kien ġie rekwiżizzjonat mill-militar.
Fil-bidu tas-sena 1956 grupp ta' dilettanti tal-mużika, fosthom Wenzu Camilleri, Toni Camilleri, Ġanninu Haber, Żakkarija Cilia, Ġanni Vella u Ġużepp Vella, Toni Curmi u oħrajn, għamlu l-isforz tagħhom kollu sabiex jerġgħu jqajmu l-banda Prekursur. It-tabib Henry Copperstone mexxa l-ewwel kumitat u s-surmast Andrea Borg reġa` ġie maħtur bħala surmast direttur tal-banda Prekursur mgħejjun min Patri Gabrijel Farrugia.
Fis-Sena 1957 il-banda ħadet sehem fil-festa ta' San Ġwann Battista fix-Xewkija. Il-banda kienet mistiedna sabiex tieħu sehem f'diversi festi titulari f'irħula oħra, kif ukoll fil-festi ta' San Ġorġ u ta' Santa Marija tar-Rabat, t'Għawdex. Hija ħadet sehem ukoll fil-festi nazzjonali u fil-karnival, billi ħadet sehem fil-karrijiet, fil-maskli grotteski u fil-kumpaniji taż-żfin. Sa mit-twaqqif tagħha l-banda ta' sikwit kienet tkun mistiedna biex tmur Malta sabiex tieħu sehem f'diversi festi titulari fosthom, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Ħal Qormi, tas-Sliema u l-Mellieħa. Ħadet sehem ukoll fil-karnival ta' Malta li jsir fil-belt Valletta.
Sal-lum il-ġurnata, l-banda kellha jmexxuha 16 il-president, l-ewwel wieħed il-Kavallier Lorenzo Zammit Haber, It-Tabib Pawlu Borg Olivier, Ġużeppi, Zammit, Mikiel Zammit, Joseph J. Vella, It-Tabib Henry Copperstone, it-Tabib Victor Attard Bondi, Francis Zammit Haber, Wenzu Camilleri, Toni Camilleri, it-Tabib John Xuereb Dingli, John Haber, Wistin Dingli, Louis Vella u John Vella.
Surmastrijiet imexxuha kellha sitt diretturi mużikali
Il-Banda tal-Għaqda Filarmonika Prekursur tax-Xewkija, sa issa kellha seba’ Surmastrijiet diretturi li kienu; - Indri` Borg (1929 – 1961), Carmelo G. Borg M.P.R.S. (London) (1961 – 1968), Gużeppi Farrugia (1968 – 1987), Colin Attard F.L.C.M. (1987 – 1993), Andrew Coleiro (1993 – 1997), Tonio Borg (1997– 2019]] u Mark Gauci (2019 - )
Il-fundatur Maestro Andrea Borg fejn idderieġa l-banda mill-1930 sal-1961. Is-surmast Andrea Borg ikkompona diversi biċċiet mużikali, l-aktar importanti fosthom l-Innu l-Kbir, La Nativita` Di San Giovanni Battista. Fit-12 ta' Settembru 1959 taħt id-direzzjoni tas-surmast Andrea Borg il-banda Prekursur kienet l-ewwel banda li daqqet L-Innu lil Għawdex, miktub mill-Prof. Joseph Vella. It-tieni surmast tal-banda kien Mro Carmelo G. Borg li dam imexxi din il-banda għal madwar seba` snin. Mro Ġużeppi Farrugia kien it-tielet surmast direttur ta' din il-banda. Huwa dam imexxiha għal aktar min dsatax il-sena. Dan is-surmast jibqa` imfakkar għal fatt li taħt id-direzzjoni tiegħu daqqet għall-ewwel darba l-Innu l-Kbir “La Nativita` Di San Giovanni Battista”. Ir-raba` surmast tal-banda Prekursur kien iż-żagħżugħ surmast Colin Attard li dam imexxija għal sitt snin. F'Ottubru tal-1993 l-banda prekursur fdat id-direzzjoni f'idejn Mro Andrew Coleiro. Taħt is-surmast Andrew Coleiro l-banda marret it-Tuneżija fejn għamlet marċ u programm. Iż-żjara tal-banda Prekursur fit-Tuneżija kienet ġrajja kbira għal din il-banda, għaliex din kienet l-ewwel darba li l-banda ħalliet xtutna flimkien ma ħafna ammiraturi tagħha u daqqet f'pajjiż barrani. Ġewwa t-Tuneżija l-banda Prekursur ġiet milqugħa tajjeb ħafna, fejn daqqet diversi marċi f'Port Kantau u esegwiet programm mużikali fil-belt ta' Susa.
Dan is-Surmast dam imexxi l-banda għal erba` snin. Is-sitt surmast direttur tal-banda huwa Mro Tonio Borg li ġie maħtur surmast direttur f'Lulju 1997. Taħt dan is-surmast l-banda marret l-Italja, fejn għamlet programm mużikali fil-Palazzo di Congressi f’Telese u marċ u programm mużikali fil-knisja parrokjali ta’ San Barbato f’Castelvenere. Dan is-surmast preżentament huwa surmast direttur ukoll tal-banda Imperial tal-Mellieħa. Is-seba surmast direttur tal-banda huwa Mro Mark Gauci li ġie maħtur f’Ġunju tas-sena 2019 bħala Surmast Direttur tal-Banda Prekursur u fl-istess sena Mark ikkompona innu reliġjuż “Għażiż Ġwanni, Patrun Tagħna” li jindaqq kull sena mill-Banda Prekursur.
Sa mil-1965 l-Għaqda Filarmonika Prekursur għandha s-sede tagħha fi Triq Santa Katerina. Matul is-snin saru diversi rinovar fil-każin fosthom meta mbniet is-Sala Żakkarija Cilia u aktar riċenti sar rinovar kbir fis-sular t’isfel ħdejn il-bar.
Illum il-ġurnata l-għan tal-banda huwa li tgħallem il-mużika, torganizza affarijiet kulturali, soċjali u torganizza l-festi esterni tal-Patrun Tagħha San Ġwann Battista, billi tieħu sehem b'diversi servizzi matul il-ġimgħa tal-festa fejn tesegwixxi l-Innu l-Kbir La Nativita` Di San Giovanni Battista. Tieħu ħsieb li tistieden il-baned barranin sabiex jieħdu sehem fil-festa. Għal dawn l-aħħar tletin sena din il-banda ħarġet xejn inqas min 25 kassett bl-isem Allegrija, 2 kassett bl-isem Addolorata, 1 compact disk ta' marċi brijużi u 1 compact disk tal-Innu l-Kbir Lil San Ġwann Battista u innijiet oħra.
Ta' kull sena l-banda tieħu sehem attiv fil-purċissjoni pageant ta' Marija Addolorata li jssir fix-Xewkija. Ta' kull sena l-banda tieħu sehem fil-festa tal-martirju ta' San Ġwann Battista li issir fix-Xewkija. Lejn l-aħħar ta' Novembru l-banda tieħu sehem attiv f'jum ix-Xewkija fejn tagħmel programm mużikali. F'lejlet il-Milied il-banda tieħu sehem fil-purċissjoni tal-Bambin tal-Milied billi ddoqq għanjiet tal-Milied.
Kitba minn M.Angelo Camillerii (Bandist)
Is-Sehem tal-Banda Prekursur fil-Purċussjoni tad-Dulur fix-Xewkija
Kien propju l-Ġimgħa 24 ta’ Marzu 1972 meta għall-ewwel darba saret il-puċissjoni pageant fix-Xewkija. F’dan il-pageant ħadu sehem madwar 200 ruħ kollha mix-Xewkija. Dan l-ispettaklu jikkonsisti fis-Seba’ Duluri tal-Madonna flimkien ma’ personaġġi bibliċi u suldati Rumani. Il-Banda Prekursur ħadet sehem f’dan il-pageant billi daqqet sett ta’ marċi funebri fosthom l-Innu Sul Calvario tas-surmast fundatur Indri Borg u l-Innu “Lil Marija Addolorata” ta’ Mro Vincenzo Ciappara versi tal-poeta Xewki s-Sur Anton Haber.
Sa mil-ewwel purċissjoni pageant li ġiet organizzata, il-banda Prekursur dejjem tat s-sehem tagħha, sena wara l-oħra, għajr ħlief għal meta l-purċissjoni ma’ saritx. Kienu biss żewġ okkażżjonijiet li ma saritx din il-purċissjoni, fl-2018 minħabba l-maltemp u fl-2020, 2021 u 2022 minħabba l-pandemija tal-Covid19. Kien hemm diversi okkażżjonijiet li minħabba l-maltemp, il-purċissjoni flok f’Jum id-Duluri saret il-Ħadd ta’ wara propju f’nhar il-Ħadd il-Palm.
L-imħabba lejn Ommna Addolorata hija ukoll espressa fl-attendenza numeruża mill-bandisti tal-lokal li jagħtu s-sehem tagħhom f’dan is-servizz, fejn ta’ kull sena, f’dan is-servizz naraw l-ikbar attendenza ta’ bandisti mix-Xewkija.
Il-Banda Prekursur għandha reportorju kbir ta’ marċi u mużika funebri u dan propju biex ikun jistgħu jindaqqu fil-purċissjoni tad-duluri. F’din il-purċissjoni li tirrepreżenta s-Seba’ Duluri, jinħarġu erba’ statwi mis-sett kollhu li l-parroċċa għandha tal-Ġimgħa l-Kbira. Dawn huma r-Redentur, il-Vara l-Kbira, id-Duluri u dik ta’ Ġesu’ Mejjet. Ta’ min isemmi li f’din il-purcissjoni, l-banda dejjem iddoqq u timxi quddiem l-istatwa tant għażiża tad-Duluri, li tagħha tkun qed isir il-festa. Il-banda Prekursur kienet ħadet sehem f’purċissjoni li kienet saret nhar is-16 ta’ Marzu 1985 meta nġiebet l-istatwa ġdida ta’ Ġesu’ Redentur fil-parroċċa tax-Xewkija u li kienet ħadet post oħra aktar qadima li kien ħadem Wistin Camilleri.
Innu funebri popolari ħafna fix-Xewkija hu l-Innu “Lil Marija Addolorata” mużika ta’ Mro Vincenzo Ciappara u versi tal-poeta Xewki s-Sur Anton Haber, marċ mill-isbaħ, propjeta’ tal-Banda Prekursur.
Matul is-snin, il-Banda Prekursur ħarġet cassettes u cd ta’ marċi funebri. Insibu li l-ewwel wieħed sar fl-14 ta’ Marzu 1978, bl-oħrajn isegwu fit-12 ta’ Marzu 1988, fl-4 ta’ Frar 1995 u fis-6 ta’ Frar 2010 l-aktar wieħed riċenti. Dawn kollha saru taħt surmastrijiet differenti. Ta’ min jgħid li fl-aħħar snin, propju bejn is-snin 2016 u 2019, Il-Banda Prekursur tat wkoll kunċerti Funebri b’mużika letterarja fil-knisja Rotunda, iżda lura fis-snin insibu li serata simili saret ukoll ukoll fis-sena 1976.
Il-Banda Prekursur dejjem tat dan is-servizz b’imħabba u dedikazzjoni kbira u hekk lesta tibqa’ tagħmel matul is-snin.
Kitba minn Omar Camillerii (Bandist)
Organisation
Band Masters
No | Band Master | From | Until |
---|---|---|---|
01 | Indri Borg | 1929 | 1961 |
02 | Carmelo G. Borg | 1961 | 1968 |
03 | Ġużeppi Farrugia | 1968 | 1987 |
04 | Colin Attard | 1987 | 1993 |
05 | Andrew Coleiro | 1993 | 1997 |
06 | Anthony Borg | 1997 | 2019 |
07 | Mark Gauci | 2019 |
Presidents
No | Presidents | From | Until |
---|---|---|---|
01 | Chev. Lorenzo Zammit Haber | 1929 | |
02 | Dr. Paul Borg Olivier M.D. | 1929 | 1932 |
03 | Chev. Lorenzo Zammit Haber | 1932 | 1933 |
04 | Ġużeppi Zammit | 1933 | 1934 |
05 | Mikiel Zammit | 1934 | 1938 |
06 | Joseph J. Vella | 1938 | 1956 |
07 | Dr. Henry Copperstone M.D. | 1956 | 1959 |
08 | Dr. Victor Attard Bondi M.D. | 1959 | 1961 |
09 | Francis Zammit Haber | 1961 | 1963 |
10 | Wenzu Camilleri | 1963 | 1974 |
11 | Toni Camilleri | 1974 | 1982 |
12 | Dr. John Xuereb Dingli M.D. | 1982 | 1996 |
13 | John Haber | 1996 | 1996 |
14 | Wistin Dingli | 1996 | 2002 |
15 | Louis Vella | 2002 | 2015 |
16 | John Vella | 2015 |
Secretaries
No | Secretaries | From | Until |
---|---|---|---|
01 | Chev. Lorenzo Zammit Haber | 1929 | 1930 |
02 | Ġużeppi Zammit | 1930 | 1932 |
03 | Marcel Mercieca | 1933 | 1934 |
04 | Ġużeppi Borg | 1934 | 1939 |
05 | Mikiel Zammit | 1939 | 1941 |
06 | Nazzareno Calleja | 1956 | 1961 |
07 | John Mercieca | 1961 | 1962 |
08 | Felic Busuttil | 1962 | 1963 |
09 | Nazzareno Calleja | 1963 | 1971 |
10 | Frans Magro | 1971 | 1972 |
11 | Nazzareno Calleja | 1972 | 1974 |
12 | Wistin Dingli | 1974 | 1981 |
13 | Carmelo Attard | 1981 | 1996 |
14 | Joseph Hili | 1996 | 1996 |
15 | Louis Vella | 1999 | 2002 |
16 | Mariano Pace | 2002 | 2002 |
17 | Joe Spiteri | 2002 | 2003 |
18 | Lorry Zammit | 2003 | 2006 |
19 | Omar Camilleri | 2006 | 2010 |
20 | Carmel Attard | 2010 | 2015 |
21 | Charles Borg | 2015 |