Robert Abela

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Dr. Robert Abela twieled fis-7 ta’ Diċembru, 1977. Tas-Sliema. Huwa Avukat Malti u l-Mexxej tal-Partit Laburista attwali. Membru tal-Parlament sa mil-2017, Huwa ħa post Dr. Joseph Muscat bħala Mexxej tal- Partit Laburista, wara l-elezzjoni interna tat-tmexxija tal-partit li saret fil-11 ta' Jannar 2020, u ħa l-ġurament bħala Prim Ministru fit-13 ta' Jannar, 2020. Abela huwa bin Dr. George Abela B.A.LL.D., it-tmien President ta' Malta.

Ħajtu fil-bidu, familja u karriera Professjonali

Ibem Dr. George Abela u Margaret nee’ Cauchi, trabba f’Ħal Għaxaq u f’Wied il-Għajn ma’ oħtu Marija, li hija Soprano, miżżewwġa u tgħix l-Italja. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola tas-Sorijiet f’Santa Luċija, l-iskola tas-St Francis f’Bormla, u l-Kulleġġ San Alwiġi. Ommhom, Margaret, ħadmet fl-amministrazzjoni ta’ l-Università l-Qadima fil-Belt Valletta u wara mexxiet id-ditta legali tal-familja, Abela Advocates.

Plejer tal-futbol bħala goalkeeper fiż-żagħżugħija tiegħu, huwa lagħab mat-timijiet tal-Hibernians u Sliema Wanderers bil-mira għat-tim nazzjonali taż-żgħażagħ. Abela pprattika wkoll għal xi snin il-bodybuilding, fejn kkompeta darbtejn fil-kampjonati nazzjonali fl-aħħar tad-disgħinijiet.

Abela studja l-liġi fl-Università ta' Malta, fejn hemm ltaqa' mal-mara futura tiegħu Lydia.

Iggradwa bħala avukat fl-2002 u beda jaħdem fl-uffiċċju legali ta’ missieru. Huwa speċjalizza fil-liġi tax-xogħol u tal-familja, l-ippjanar u liġi industrijali.

Fl-2008, huwa żżewweġ lil Lydia Abela (née Zerafa), li wara ħadet l-irwol tas-segretarja tal-kumitat eżekuttiv tal-Partit Laburista. Huma għandhom tifla, Giorgia Mae, imwielda fl-2012.

Politika

Fl-2008 kien involut fil-kampanja ta’ missieru meta Dr. George Abela kkontesta l-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista wara r-riżenja ta’ Dr. Alfred Sant.

Fl-2017, Dr Robert Abela laqa’ l-istedina ta’ Dr. Joseph Muscat biex joħroġ għall-elezzjoni ġenerali. Huwa ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament mis-sitt distrett u serva f’kumitati Parlamentari minbarra li kien il-konsulent tal-Prim Ministru fil-kabinett.

Elezzjoni Ġenerali 2022

Fl- Elezzjoni Ġenerali 2022, il-Partit Laburista mmexxi minn Dr. Robert Abela kiseb 162,707 vot; 39,474 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 123,233 vot; u bħala persentaġġi l-PL ġab 55.1% u l-PN 42.1%, kważi ripetizzjoni tal-istess riżultati taż-żewġ elezzjonijiet ta' qabel. Kienet l-ikbar rebħa elettorali f'Malta minn wara l-Indipendenza sal-lum.

Imma meta wieħed iqabbel l-elezzjoni ġenerali ma’ dik tas-sena 2017 isib ukoll li l-Partit Laburista naqqas il-voti tiegħu b’8,269 vot, waqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas il-voti bi 12,464 vot.