12th May Band and Social Club
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
L-Istorja ta' 12th May Band and Social Club - Ġrajjiet prinċipali tul is-snin
- 1961 Jitwaqqaf it-12th May Band and Social Club mill-fundatur is-Sur Filippu Grech. L-ewwel President kien is-Sur Joe Attard.
- 1962 Il-Banda 12th May iddoqq għall-ewwel darba fil-festa ta’ San Filep taħt id-direzzjoni tas-Surmast Amante Attard, fejn għamlet marċ u programm fl-aħħar tridu.
Żjara tal-Prelat Karmelitan tal-belt Chuquibamba fil-Perù Mons. Redent Gauci fil-Każin 12th May. Din kienet l-ewwel żjara ta’ dinjitarju tal-Knisja Kattolika fil-Każin.
Il-Banda 12th May tagħmel l-ewwel servizz mużikali barra minn Ħaż-Żebbuġ, fejn iddoqq f’Ħal Qormi fl-okkażjoni taċ-ċentinarju tas-Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan.
- 1963 Premiere tal-Inno di Gloria lil San Filep mużika ta’ Carmelo Brincat fuq versi ta’ Philip Chircop fl-okkażjoni taċ-ċentinarju tal-istatwa ta’ San Filep.
Nħar il-festa ta’ San Filep issir l-ewwel żjara tal-Arċisqof fil-każin.
- 1964 Il-Banda 12th May iddoqq innijiet u l-Innu Malti ta’ Dun Karm Psaila fil-Biblijoteka Nazzjonali l-Belt Valletta, fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-bust ta’ Dun Karm Psaila.
- 1966 Iż-Żebbuġ Dramatic Company, kumpanija tal-Każin 12th May, tirbaħ konkors teatrali organizzat mid-direzzjoni tas-[[Sala Dun Mikiel Xerri[[. Din il-kumpanija kienet titmexxa minn Ġużeppi Micallef.
- 1967 Il-Banda 12th May tirrappreżenta lill-Għaqda Każini tal-Banda b’kunċert fi Pjazza Reġina l-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-festi tal-Vitorja.
- 1971 Sar ir-referendum mill-parroċċa sabiex il-poplu Żebbuġi jiddeċiedi jekk għandhiex tinbidel it-triq tal-purċissjoni ta’ San Filep. Il-każin 12th May mill-bidu nett xtaq li l-purċissjoni tgħaddi minn quddiem il-każin, għalhekk peress li r-rotta l-ġdida kienet tippermetti dan, ħadem favuriha. Ir-referendum sar u r-riżultat wera li l-maġġoranza taż-Żebbuġin (54.89%) riedu li tinbidel it-triq tal-purċissjoni. Mat-tħabbir ta’ dan ir-riżultat saru ċelebrazzjonijiet spontanji li għadhom jissemmew sal-lum.
F’għeluq l-għaxar snin tas-soċjeta’ ssir il-konsagrazzjoni tal-każin lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu u ta’ Marija. F’dawn il-festi fost l-oħrajn ġie ffirmat l-att tal-konsagrazzjoni, inkixfet lapida kommemorattiva u sar kunċert mill-Banda 12th May. Ġew mistiedna l-isqfijiet Emanuele Gerada u Emanuele Galea u l-Gvernatur Ġenerali Sir Maurice Dorman, li ppreżenta bandalora artistika lis-soċjetà.
- 1973 Membri ta’ din is-Soċjetà jħabirku flimkien sabiex fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Ħaż-Żebbuġ jibdew jidhru personaġġi bibliċi u suldati.
- 1975 Il-Banda 12th May mistiedna fl-okkażjoni tal-festi speċjali li saru f’Ħal Muxi, Ħaż-Żebbuġ fl-okkażjoni tat-tieni ċentinarju mill-bini tal-Knisja ta’ Santa Marija (1775).
- 1977 Il-Banda 12th May iddoqq fil-purċissjoni ta’ Kristu Kristu Rxoxt għall-ewwel darba. Din kienet l-ewwel sena li f’din il-purċissjoni ħadet sehem il-banda peress li fl-ewwel purċissjoni (1976) ma ħadet sehem l-ebda banda.
Nhar il-festa ta’ San Filep, l-ewwel darba li ġiet f’Ġunju, sar għall-ewwel darba l-marċ brijuż ta’ filgħodu.
- 1978 Il-Banda 12th May tieħu sehem l-ewwel darba fil-Karnival bis-suġġett L-Erba’ Staġuni. Il-kostumi għall-bandisti u l-karru għal wara l-banda ġew maħduma mill-membri tal-istess każin.
- 1979 Il-Banda 12th May iddoqq fil-Birgu fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħelsien.
Il-Banda 12th May iddoqq fil-prima messa tas-saċerdot Żebbuġi Dun Mario Sammut.
- 1980 Issir l-ewwel laqgħa tas-sotto kumitat tan-nisa. L-ewwel president kienet is-Sinjorina Filippa Attard.
It-12th May Dramatic Company tiġi fl-ewwel post minn fost għaxar kumpaniji oħra fil-konkors teatrali tal-Mġarr. Dan is-suċċess ġie repetut fl-1982 u fl-1983. Din il-kumpanija kienet titmexxa minn Ronald Saliba li kien President tat-12th May Band & Social Club mill-1982 sal-1988.
Inawgurazzjoni ta’ arkivju mużikali ġdid mill-president ta’ Malta Dr. Anton Buttigieg.
Il-Banda 12th May waħda minn tliet baned magħżula minn Malta kollha li daqqet fl-okkażjoni tal-ftuħ uffiċjali tal-Istadium Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.
Il-Banda 12th May l-unika banda li filgħodu daqqet f’purċissjoni bl-urna bil-fdalijiet ta’ San Filep ta’ Aġġira. Din ġiet Ħaż-Żebbuġ minn Aġġira fl-okkażjoni tas-600 sena ta’ Ħaż-Żebbuġ permezz tal-għaqda li saret bejn Ħal Mula, Ħal Muxi u Ħal Dwin. Il-Banda 12th May reġgħet daqqet filgħaxija fejn daqqew it-tliet baned ta’ Ħaż-Żebbuġ.
- 1981 Waqt il-programm mużikali tal-festa ta’ San Filep, l-ewwel surmast tal-Banda 12th May, Mro. Amante Attard jgħaddi l-bakketta lis-suċċessur tiegħu, is-Surmast Henry Camilleri.
- 1982 Il-Banda 12th May iddoqq fil-prima messa fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan Ħal Qormi taż-żewġ patrijiet Agostinjani Anthony Buhagiar u John Buhagiar.
- 1985 Ftuħ uffiċjali tal-kamra tan-nar il-ġdida (fil-limiti tar-Ramel) wara li l-ewwel kamra tan-nar fil-limiti ta’ Għarram (1962-1984) kellha tieqaf tiffunzjona peress li resaq lejha l-bini.
- 1986 Issir l-ewwel laqgħa tas-sotto kumitat taż-żgħażagħ tat-12th May Band & Social Club.
Tittella’ akkademja mużiko-letterarja f’ġieħ nies kbar Żebbuġin (Mikiel Anton Vassalli, Dun Mikiel Xerri u Dun Karm Psaila) fis-Sala Dun Mikiel Xerri Ħaż-Żebbuġ, bis-sehem tal-orkestra tat-Teatru Manoel taħt il-patroċinju tal-Ministru tal-Kultura u l-Affarijiet Barranin ta’ dak iż-żmien, Dr. Alex Sciberras Trigona.
Kunċert f’Ħaż-Żebbuġ li fakkar il-25 anniversarju tas-soċjetà, taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, is-Sinjorina Agatha Barbara.
- 1988 Issir akkademja f’ġieħ Antonio Sciortino fis-sala tal-każin 12th May taħt il-patroċinju ta’ Dun Lawrenz Cachia.
- 1989 Isir il-kuntratt tax-xiri ta’ żewġt idjar li mbagħad twaqqgħu u minflokhom inbniet estensjoni fis-sede tas-soċjetà.
Akkademja f’ġieħ Mikiel Anton Vassalli taħt il-patroċinju tal-Ministru tal-Edukazzjoni Dr. Ugo Mifsud Bonnici.
- 1991 Akkademja f’ġieħ Dun Mikiel Xerri taħt il-patroċinju tan-Nutar Guzè Abela.
- 1992 Is-Sezzjoni Żgħażagħ tippreżenta l-ewwel wirja tal-Mejda tal-Appostli fuq stil artistiku u ornamentali.
- 1996 Il-Banda 12th May iddoqq f’Aġġira fi Sqallija, żjara li wasslet ukoll għal ġemellaġġ bejn Ħaż-Żebbuġ u Aġġira.
- 1997 Inawgurazzjoni mill-ġdid ta’ planċier artistiku għall-banda.
Seminar Nazzjonali fil-każin fuq it-tagħlim speċjalizzat tal-mużika, li fiħ ipparteċipaw uħud mill-ogħla awtoritajiet tal-mużika ta’ pajjiżna.
- 1998 Premiere tal-Inno di Gloria Lil San Filep kompożizzjoni ta’ Mro. Raymond Sciberras fuq versi ta’ Mons. Lawrenz Cachia.
- 2000 Grand Millennium Concert, kunċert mit-12th May Youth Band fil-Le Meridien Phoenicia fuq stedina tal-Malta Cultural Institute.
- 2001 It-12th May Youth Band tippreżenta kunċert f’Palazzo Vilhena l-Imdina.
Pubblikazzjoni tal-ktieb Ġrajjet Ħaż-Żebbuġ li jiġbor fih it-test oriġinali tal-ktieb Storia del Zebbug e sua Parrocchia ta’ Dun Salv Ciappara (1882) u traduzzjoni għall-Malti f’test parallel, xogħol ta’ Frans Sammut (2001).
- 2002 Beethoven 175, kunċert mill-Banda 12th May fl-Awditorju tal-Università.
It-12th May Youth Band tippreżenta kunċert fil-Corinthia Palace Hotel.
- 2003 Akkademja f’ġieħ Francesco Saverio Caruana fil-Każin 12th May.
Il-Banda 12th May tesegwixxi f’kunċert uniku l-opra sħiħa Cavalleria Rusticana fl-Awditorju tal-Università flimkien mal-Kor Santa Monika u vuċijiet solisti.
Pubblikazzjoni tal-ktieb Graffiti Marittimi f’Ħaż-Żebbuġ miktub mill-istoriku marittimu Joseph Muscat, editur Toni Cortis.
- 2004 L-ewwel simposju f’Malta fuq San Filep, kelliem prinċipali minn Milan, Mons. Cesare Pasini.
Kunċert ta’ Mużika Sagra fil-Knisja ta’ San Duminku r-Rabat.
Is-soċjetà tippubblika l-ktieb Ħarsa Mill-Qrib Lejn Ħajjet San Filep u l-Kult Tiegħu, kitba ta’ Frans Sammut, editur Toni Cortis.
- 2005 Musical Delights, kunċert uniku fl-Eden Century Cinemas, San Ġiljan.
- 2006 Mozart 250, kunċert fir-Raddisson SAS Golden Sands.
Il-Banda 12th May mistiedna speċjali sabiex tesegwixxi kunċert f’ Misraħ l-Assedju l-Kbir il-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-125 sena tal-inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Karmnu.
- 2007 Invitation to the Dance, kunċert uniku flimkien ma‘ Olivia Dow School of Russian Ballet f’Sala Repubblika, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Il-Banda 12th May mistiedna speċjali mill-Ħamrun Liberty sabiex tesegwixxi kunċert fi Triq il-Kbira l-Ħamrun fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni ta’ pedistall kbir bl-istatwi.
Music for Life, proġett mużikali għat-tfal flimkien mal-Iskola Sajf ta’ Ħaż-Żebbuġ.
- 2008 Il-familja ta’ Mro. Amante Attard l-ewwel surmast tal-banda tippreżenta lis-soċjetà l-partitura oriġinali u d-drittijiet tal-Innu Marċ It-12 ta’ Mejju 1962.
Puccini 150, kunċert mill-Banda 12th May fit-Teatru tal-Istitut Kattoliku l-Furjana.
- 2010 Kunċert f’Ħaż-Żebbuġ f’ġieħ il-fundatur tas-soċjetà taħt il-patroċinju tal-Onor. Dolores Cristina Ministru tal-Edukazzjoni, Impjiegi u tal-Familja, kunċert bħala parti mill-festi tal-50 sena anniversarju.
- 2011 Ċelebrazzjonijiet tal-50 sena mit-twaqqif tas-soċjetà:
Il-Banda 12th May flimkien mal-vuċijiet tippreżenta l-premiere tal-oratorio Filippu t’Aġġira, kompożizzjoni oriġinali tal-Prof. Joseph Vella fuq versi ta’ Ray Mahoney. Dan sar fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ taħt il-patroċinju tal-Arċisqof Emeritus Gużeppi Mercieca.
Kunċert ċelebrattiv taħt il-patroċinju tal-Hon. Speaker Dr. Michael Frendo li ppreżenta f’isem il-membri bandalora rrakkmata tal-okkażjoni. Ġiet inawgurata wkoll lapida mal-każin.
Celebrate Us! Grand Concert fit-Teatru Manoel bil-parteċipazzjoni tal-mużiċista ta’ fama mondjali minn Wales David Childs li daqq mal-Banda 12th May għall-ewwel darba f’Malta l-Euphonium Concerto ta’ Karl Jenkins.
Quddiesa solenni bil-kant tat-Te Deum, fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ bħala ringrazzjament lil Alla ta’ dan l-anniversarju. L-Arċisqof Pawlu Cremona OP ċċelebra din il-quddiesa flimkien mal-Arċipriet u Kleru tal-Parroċċa. Wara din l-quddiesa l-Arċisqof ġie mwassal sas-sede tas-Soċjetà b’mod uffiċjali.
- 2013 Il-Banda 12th May flimkien mal-vuċijiet tippreżenta l-cantata Filippu Xbieha ta’ Fidi, kompożizzjoni oriġinali tas-surmast Hermann Farrugia Frantz fuq versi ta’ Mons. Lawrenz Cachia. Dan il-kunċert sar f’Misraħ l-Isptar Ħaż-Żebbuġ fl-okkażjoni tal-150 tal-istatwa ta’ San Filep
- 2018 It-12th May Fireworks Factory tippreżenta ħarqa nar tal-art f’Aġġira fi Sqallija, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Filep. Din kienet l-ewwel darba li post tan-nar ippreżenta spettaklu ta’ nar tal-art barra minn xtutna.
- 2019 Il-Banda 12th May tippreżenta musical Niċċelebraw id-Diversità Kulturali’ fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. L-atturi, kantanti u żeffiena kienu l-istudenti kollha tas-sitt sena tal-iskola primarja. Għal dan il-kunċert irċevejna fondi mill-Creative Communities.
Il-Banda 12th May tipparteċipa flimkien ma erba’ baned oħra fil-proġett iż-Żunżan. Proġett li offra ħames kunċerti għall-bandisti li għadhom jibdew il-karriera mużikali taghom. F’dan il-proġett sar kunċert innovattiv fil-Każin 12th May.
Jiġu ċċelebrati l-20 sena tas-surmast Hermann Farrugia Frantz. Għal din l-okkażjoni kkompona it-Tone Poem 1919, kif ukoll ġie mogħti diversi apprezzamenti mis-soċjetà.
Imnedija l-Amante Attard School of Music (AASM), skola tal-mużika fi ħdan il-Banda 12th May.
Ħuġġieġa, kunċert innovattiv mill-Banda 12th May fl-Awditorju tal-Universita’ b’ħames kompożizzjonijiet kontemporanji ta’ kompożituri Maltin miktuba għall-Banda 12th May, kunċert li għaqqad il-mużika man-nar.
- 2020 Scavenger Hunt-Making music through exploring. Proġett għat-tfal, fejn il-partaċipanti esploraw postijiet f’Ħaż-Żebbuġ, u mbagħad, ispirati minn dawn il-postijiet, il-partiċipanti ikkomponew mużika bħala grupp megħjuna minn kompożitur. Dawn il-kompożizzjonijiet ġew ippreżentati f’kunċert virtwali.
- 2021 Kwarta tajba – Festival tal-mużika. It-12th May Band & Social Club jipparteċipa f’dan il-festival organizzat mir-Reġjun tan-Nofsinhar bis-song cycle Tinsiex li Neżisti, għal wind ensemble, sopran u atturi, mużika tas-surmast Hermann Farrugia Frantz fuq poeżiji ta‘ Dr. Philip Sciberras, b’rakkont ta‘ Ronald Saliba. Il-mużika ta‘ dan is-Song Cycle ikkwalifikat fl-ewwel post bħala Best Musical Composition.
Visualising Music through History. Proġett għat-tfal li għaqqad il-mużika mal-istorja. Il-parteċipanti daqqew mużika u libsu kostumi ta’ żminijiet differenti. F’dan il-proġett kien hemm ukoll l-element kompetittiv bejn il-parteċipanti u l-udjenza.
- 2022 Reviving Our Music Heritage kunċert ta’ antifoni u innijiet f’ġieħ San Filep fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ. L-innijiet u l-antifoni ndaqqu kollha fl-oriġinalità tagħhom bl-orkestra u vuċijiet. Il-Cappella Bel Canto esegwiet dawn ix-xogħlijiet taħt id-direzzjoni tas-surmast Hermann Farrugia Frantz, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ antifoni ta’ Riccardo Bugeja li ġew diretti mis-surmast Silvio Zammit li huwa l-Maestro di Cappella tal-mużika ta’ Bugeja. F’dan il-kunċert saret ukoll it-tnedija tal-compact disc u USB bil-mużika li ndaqqet f’dan il-kunċert.
Il-Festa man-Nanu Lipp – Saret it-tnedija ta’ dan il-ktieb bħala parti mill-proġett Reviving Our Music Heritage. Ktieb illustrat għat-tfal bi storja fittizja, li fiha ġew inklużi kliem tradizzjonali marbut mal-festi u ingħata tifsira tiegħu. L-istorja ta’ dan il-ktieb inkitbet minn Andrew Borg b’illustrazzjonijiet ta’ David Schembri. It-tnedija ta’ dan il-ktieb saret fl-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ b’kunċert mill-Banda 12th May li fih indaqqet mużika ispirata mill-mużika tal-antifoni u innijiet inklużi f’dan il-proġett.
Il-Banda Musicale Filippo d’Agira fuq stedina tal-Banda 12th May għamlet marċ u programm mużikali fuq il-planċier tal-Banda 12th May, ħadet sehem f’massed band mall-Banda 12th May fil-marċ ta’ filgħodu u laqgħet l-istatwa ta’ San Filep quddiem il-każin fil-festa ta’ San Filep. F’din il-festa ġie iċċelebrat il-25 sena ġemellaġġ bejn Ħaż-Żebbuġ u Aġġira.
- 2024 Kunċert Ċelebrattiv mill-Banda 12th May, fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ, fl-okkażjoni tat-300 anniversarju tar-relikwa ta’ San Filep. Indaqqet mużika ddedikata lil San Filep ta’ valur storiku u artistiku. Ġi esegwit innu kbir ta’ Indri` Borg li kiteb fl-1865, u ieħor ta’ Lorenzo Gatt li kiteb fl-1888. Indaqqu wkoll xogħolijiet mużikali ta’ Amante Attard u Prof. Joseph Vella. Ġie esegwit ukoll l-premiere tal-poema sinfonika Teżor ta’ Fidi, mużika tas-surmast Hermann Farrugia Frantz fuq versi ta’ Mons Lawrenz Cachia.
Kunċert Ċelebrattiv mill-Banda 12th May, fuq il-planċier artistiku tal-istess banda, fl-okkażjoni tal-25 anniversarju minn meta Hermann Farrugia Frantz ġie maħtur surmast direttur tal-Banda 12th May.
Organisation
Surmastrijiet
No | Surmastrijiet | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Amante Attard | 1961 | 1981 |
02 | Henry Camilleri | 1981 | 1993 |
03 | Raymond Fenech | 1993 | 1994 |
04 | Charles Cachia | 1994 | 1999 |
05 | Hermann Farrugia Frantz | 1999 |
Presidenti
No | Presidenti | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Joe Attard | 1961 | 1976 |
02 | Frans Sammut | 1976 | 1981 |
03 | Philip Zammit | 1981 | 1982 |
04 | Ronald Saliba | 1982 | 1988 |
05 | Arch. Nicholas Grech A. & C.E. | 1988 | 2000 |
06 | Notary Dr. Mariella Mizzi LL.D. | 2000 | 2006 |
07 | Arch.Godwin Agius A.& C.E. | 2006 | 2013 |
08 | Notary Dr. Mariella Mizzi LL.D. | 2013 |
Segretarji
No | Segretarji | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | [[ ]] |
Teżoriera
No | Teżoriera | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | [[ ]] |
Band Commissions
Band Activities Overseas
Historical Events in which the Band participated
Song Festivals, Events or Drama Activies
Annual Concerts
Annual Musical Activities
Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)
Cassettes
No | Name of Cassettes | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Funeral Marches - Marċi Funebri - Mill-Banda 12th May Ħaż-Żebbuġ (1998) (Vol.2) | 1998 | * |
Cd's
No | Name of Cd's | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Festive Marches - Marċi Brijużi (1999) - 12th May Band | 1999 | * | |||
02 | Festive Marches - Marċi Brijużi (2001) - 12th May Band | 2001 | * | |||
03 | Festive Marches - Marċi Brijużi (2003) - 12th May Band | 2003 | * | |||
04 | Festive Marches - Marċi Brijużi (2005) - 12th May Band | 2005 | * | |||
05 | Festive Marches - Marċi Brijużi (2008) - 12th May Band | 2008 | * | |||
06 | Festive Marches - Marċi Brijużi (2011) 50 Sena - (1961 - 2011) - 12th May Band | 2011 | * | |||
07 | Festive Marches - Marċi Brijużi (2015) - 12th May Band | 2015 | * | |||
08 | Festive Marches - Marċi Brijużi (2018) - 12th May Band | 2018 | * | |||
09 | Marċi Brijużi - Marċi Brijużi (2023) - Banda 12th May | 2023 | * |
No | Name of Cd's | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Funeral Marches - Marċi Funebri Lacrymosa (2005) - 12th May Band | 2005 | * | |||
02 | Funeral Marches - Marċi Funebri Lux Aeterna (2017) - 12th May Band | 2017 | * |
Oħrajn
No | Name of Cd's | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Antifoni u Innijiet f'ġieħ San Filep - Mill-Banda 12th May Band & Social Club (2022) | 2022 | * |
Oratorio
No | Name of Cd's | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Oratorio - Filippu t'Aġġira (2011) - 12th May Band and Coro Bel Canto | 2001 | * |
Programmes and Publications
Memorials
External links
- 12th May Band and Social Club - Official website
- 12th May Band and Social Club on Facebook