Carmelo Zammit

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Carmelo Zammit twieled iż-Żurrieq fl-1850. Studja l-mużika taħt Mro. Luigi Carabott, Mro.P. Vassalli u Mro. G. Diacono, diretturi mużikali u kompożituri prominenti. Mro. Carmelo Zammit assuma r-rwol ta’ Direttur għall-Banda fis-sena ta 1875 u kellu din il-kariga sa mewtu fl-1919. Matul dan iż-żmien huwa wkoll għallem il-mużika lid-Diretturi futuri tal-istess Banda, jiġifieri lin-neputi Mro. Giuseppi Zammit, Mro. Francesco Bugeja, Mro. Salvatore Mallia u kif ukoll lill-organista tal-knisja lokali Mro. Ferdinando Falzon.

Minbarra li kien konduttur u kompożitur eċċellenti, Carmelo Zammit kien ukoll skultur tajjeb ħafna, speċjalment ta’ statwi reliġjużi. Diversi xogħlijiet ta’ skulturi tiegħu fil-ġebel, għal statwi u figuri bibliċi, jinsabu fil-knejjes taż-Żurrieq, is-Siġġiewi, il-Gudja u Għajnsielem.

Filwaqt li kien id-Direttur tal-Filarmonica del Zurrico, Carmelo Zammit kien ukoll id-Direttur Mużikali tal-Banda ta’ Każin Banda San Nikola tas-Siġġiewi, tal-Banda ta’ Santa Katarina taż-Żejtun u tal-Orkestra Bellini tal-Qrendi.

Mro. Zammit ikkompona diversi valzi, polkas, l-Inno Marcia Monte Carmeli, Capriccio għall-kwartin, is-Sinfonija 25 Novembre u Regina Vittoria. Din tal-aħħar ġiet esegwita għall-ewwel darba fil-Belt Valletta fis-sena 1897 bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li mmarkaw il-Ġublew tar-Reġina Vittorja. Il-manuskritt oriġinali tal-kompożizzjonijiet imsemmija aktar’ il fuq, jinstabu fl-arkivji mużikali tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq A.D. 1865.

Mro. Zammit kien ukoll missier Antonio Zammit, li pitter l-altar tal-Madonna tal-Karmnu fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq. Kien ukoll in-nannu tal-iskultur magħruf Marco Montebello.

Mro. Carmelo Zammit miet fis-6 Marzu 1919, fl-età ta’ 69.