Espedito Deguara
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

This page is a stub
Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.
The text on this page is in Maltese. Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space. This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Espedito Deguara twieled iż-Żejtun fis-26 ta’ Lulju tal-1904 iben Salvu, mużiċista, u Marija xebba Vella. Ġie mgħammed fit-28 ta’ Lulju u mogħti l-ismijiet ta’ Espedito, Frangisku u Karmenu. It-tieni wild fost tmien aħwa u kien imur l-Iskola Primarja taż-Żejtun. Wara kompla jistudja fil-Kulleġġ tal-Freres f’Bormla. Meta kien għadu żgħir, Espedito wera mill-ewwel x’kienet sejra tkun il-karriera tiegħu, u fl-1919 huwa beda jitgħallem il-klarinett mingħand missieru stess. Studja wkoll il-kurunetta u kompla jitħarreġ taħt is-Surmast Guzè Cassar, li dak iż-żmien kien Direttur tal-Orkestra Santa Katarina taż-Żejtun. Fil-fatt kien hu li nkuraġġieh biex jagħmel kors tal-armonija, kompożizzjoni u kontrapunt. Fis-sena 1919, beda kors ta’ apprentist bħala engine fitter fid-Dockyard. Fis-sena 1927 daħal bħala impjegat mar-Royal Air Force fejn dam sas-sena 1932. Wara kompla fl-istess xogħol mal-Air Ministry minn fejn irtira fis-sena 1964.
Fl-10 ta’ Novembru tas-sena 1931, Espedito żżewweġ lil Marija Speranza Palmier u kellhom tifel wieħed Joseph. Wara li fis-sena 1933, miet is-Surmast Guzè Cassar, Espedito ġie maħtur bħala Direttur tal-Orkestra Santa Katarina taż-Żejtun fejn baqa’ sas-sena 1948. Taħt id-direzzjoni tiegħu, l-Orkestra Santa Katarina kienet tesegwixxi programmi operistiċi u sinfoniċi fil-pjazez ta’ xi rħula u servizzi reliġjużi fil-Parroċċa ta’ Santa Katarina taż-Żejtun kif ukoll fi knejjes oħra. Barra mill-kompożizzjoni, is-Surmast Deguara tgħallem il-pjanuforti għand is-Surmast Carmelo Pace u fis-sena 1940 ħa d-diploma ta’ A.(Mus.)L.CM. minn taħt idejh.
Fis-6 ta’ Marzu tal-1943, Espedito ġarrab il-mewt ta’ martu Marija Esperanza. Fis-sena 1944, is-Surmast Deguara ġie maħtur Direttur tal-Orkestra Santa Katarina taż-Żurrieq wara r-riżenja tas-Surmast Ferdinandu Falzon, u fl-1945 huwa kien strumentali fit-twaqqif tal-Orkestra Santa Marija fil-Każin tal-Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba flimkien ma’ Charles Schembri L.R.C.M., Antonio Mamo L.R.C.M. u l-Professur Pawlu Carabott. Fid-9 ta’ Frar tal-1947, is-Surmast Deguara żżewweġ lil Fortunata Micallef u minn dan it-tieni żwieġ kellhom żewġt itfal, Salvinu u Doris. Is-Surmast Deguara kien awtur ta’ bosta mużika sagra għall-vuċijiet u l-orgni, għall-vuċijiet u l-orkestra, fosthom innijiet, sitt Tantum Ergos, Salve Regina, Te Deum, Miserere, diversi Għosrien, Responsorji għall-Matutin tal-festa ta’ Santa Katarina, u ħames Antifoni. Kiteb ukoll disa’ Responsorji għall-Ġimgħa l-Kbira; erba’ minnhom huma: ‘Piange’, ‘Astiterunt’, ‘Jerusalem’ u ‘Sepulto Domino’. Ikkompona wkoll Innu Marċ ‘Santa Katarina’ fuq versi miktuba minnu stess. Fis-16 ta’ Ottubru tal-1978, mietet it-tieni mara tiegħu, Fortunata. Mro Espedito Deguara miet nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Jannar tal-1994 fid-dar tiegħu ġewwa Ħal Luqa fl-età ta’ 89 sena.