Gilbert Farrugia

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Gilbert Farrugia, bin Noel Farrugia u Emelda nee’ Aquilina twieled fil-25 ta’ Ġunju tal-1995. Huwa ġej minn familja ta’ mużiċisti tal-Banda Każin San Ġużepp u Banda de Rohan ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Missieru studja l-kurunetta, Nannuħ l-Ottavin u ż-żiju ta’ missieru, is-Surmast Ġeraldu Farrugia kien idoqq l-ottavin u s-sassofonu sopran qabel eventwalment fl-1932 laħaq surmast direttur tal-Banda Każin San Ġużepp u Banda de Rohan.

Gilbert beda l-istudji tiegħu fuq il-klarinett fl-2007 mas-surmast Silvio Zammit u t-teorija mas-surmast Ronnie Debattista.

Fl-2014 jistudja l-armonija ma’ Mro. Ronnie Debattista u fl-2016 kompla javvanza fuq il-klarinett mas-surmast Hertian Gauci.

Fl-2015 għamel kors avvanzat tal-kompożizzjoni mal-Prof. Joseph Vella.

Fl-2018 Gilbert laħaq solista bil-Klarinett mal-Banda Każin San Ġużepp u Banda de Rohan. Gilbert kiteb għadd ta’ Marċi Brijużi, Funebri u mużika oħra li jinsabu arkivjati f’diversi arkivji ta’ Baned Maltin.

Fil-preżent huwa jokkopja r-rwol ta’ Arkivista u Konsulent mas-Società Filarmonica Nazionale La Valette tal-Belt Valletta kif ukoll tal-Banda Każin San Ġużepp u Banda de Rohan ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Fil-preżent huwa qed jissokta l-istudji tiegħu fil-kompożizzjoni.