Giuseppe Pace Spadaro

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Giuseppe Maria Pace Spadaro, huwa iben Vincenzo Pace u Maria Antonia Spadaro, twieled f’ Ħaż-Żabbar nhar it-28 ta’ Frar 1877. Huwa ġie mgħammed dakinhar stess fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Grazzja miż-żiju tiegħu Dun Gio. Battista Spadaro. Il-parrini tiegħu kienu Guglielmo Pace u Maria Carmela Vassallo.

Bejn l-1898 u l-1900 Giuseppe kien il-President tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae, it-tieni wieħed wara l-fundatur tal-istess Soċjetà, is-Sur Francesco Saverio Briffa. Huwa żżewweġ lil Maria Rosa Bonnici, it-tifla tal-Prokuratur Legali Angelo Bonnici, fil-Knisja ta’ Santa Maria degli Angeli f’Ħaż-Żebbuġ fid-29 ta’ Lulju 1902. Iċ-ċelebrant kien ħuh stess, Dun Guglielmo Pace Spadaro, bix-xhieda jkunu Dun Tommaso Ebejer u Antonio Tanti. Huwa kien joqgħod f’“The Bell House” f’Church Avenue, viċin ħafna tal-Knisja Parrokkjali.

Is-Sur Ġużè, kif kien magħruf sew f’Ħaż-Żabbar, kien inġinier ta’ ħila kbira, fil-fatt kien bena fabbrika li tipproduċi l-aċitilena bejn l-1915 u l-1939, fejn kellu kuntratt ta’ bejgħ lill-Qawwa Navali Ingliża. Kawża tax-xogħol tiegħu kien anke weġġa’ gravi bi ħruq waqt xogħol li kien qed jagħmel fuq bini ta’ apparat innovattiv. Fl-edizzjoni Maltija tal-British Empire Exhibition 1924, is-Sur Pace Spadaro ngħata midalja tal-fidda, Diploma u Special mention mill-Kumitat tal-esebizzjoni għax-xogħol tiegħu fuq air compressor. L-apparat li kien bena Giuseppe Maria fl-istudju tiegħu ta’ Strada Giardino, Ħaż-Żabbar, kien il-mira tal-ewwel attakki bl-ajru mill-qawwiet Taljani waqt il-bidu tal-attakki tagħhom fuq Malta. Fil-fatt l-istudju tiegħu kien qala’ direct hit fl-1940 u minħabba f’hekk, l-Awtoritajiet Navali Ingliżi kienu żarmaw l-apparat tiegħu minn Ħaż-Żabbar u ħaduh fid-Dockyard rock shelters.

Fl-1939 mar jgħix fi Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ fejn eventwalment miet fit-30 t’Ottubru 1944 fl-età ta’ 67 sena. Huwa jinsab midfun fiċ-Ċimiterju ta’ Ħaż-Żebbuġ, u żmien wara f’Ħaż-Żabbar issemmiet triq għall-memorja tiegħu.