Mauro Spiteri

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Mauro Spiteri beda l-istudju mużikali tiegħu bl-althorn taħt id-direzzjoni tas-Surmast Raymond Sciberras. Dan kien il-bidu sabiex jitħajjar ikompli l-istudju tiegħu b’iktar impenn, u għalhekk studja t-teorija, l-armonija, l-istorja, il-kuntrapunt u l-arranġamenti mal-istess Surmast, u l-istudju bl-istrument mas-Surmast Paul Borg. Kiseb id-diplomi ALCM u A.Mus.LCM rispettivament.

Ipparteċipa u daqq f’seminars taħt id-direzzjoni ta’ Ian Davies, trumbunista u lecturer professjonali. Jieħu sehem f’ħafna kunċerti ma’ baned Maltin u Għawdxin u ta s-sehem tiegħu fl-attivitajiet marbuta mal-memorji tal-Eks Presidenti tar-Repubblika Dr. Guido de Marco u Dr. Anton Buttigieg. Huwa daqq ma’ kwartett għal diversi snin fi swali u knejjes prominenti f’pajjiżna, fosthom fil-proġett ta’ restawr tal-knisja St Catherine of Italy fil-Belt Valletta u fil-proġett ta’ restawr tal-orgni tal-knisja tal-Balluta.

F’Ottubru tal-2009 ħa l-kariga ta’ surmast direttur mal-Għaqda Soċjali u Mużikali Kristu Re ta’ Paola, liema kariga għadu jokkupa sal-lum il-ġurnata. Ilu jgħallem mal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina - Mellieħa sa mill-2010 u f’Jannar tas-sena 2016 ingħata l-kariga ta’ assistent surmast mal-Banda tagħna.

Ikkompona diversi marċi brijużi u f’Ġunju tal-2009 kellu x-xogħol orkestrali Antifona tal-Madonna jiġi esegwit għall-ewwel darba fl-okkażjoni tal-festa tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija f’ Burmarrad.

Huwa jaħdem bħala Head of Operations & HR ma’ kumpanija privata tal-IT. Huwa miżżewweġ lil Violet u għandhom żewġt itfal, Giosue u Martina, u jgħixu n-Naxxar.