Modica Sqallija

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Okkazjoni oħra barra minn Malta għall Anici Band and Social Club kienet fil-Festa ta’ San Ġorġ Martri fil-Provinċja ta’ Modica, Fi Sqallija. Wara mistennija kbira għall-mawra tal-Banda Anici fi Sqallija, din waslet u għaddiet iżda l-memorji li ġabet magħha kienu kbar u mhu ser jintesew qatt.

Kollox beda s-Sibt 26 t’April 2014, meta l-kontinġent ta’ ’l fuq minn mitt ruħ irħielha lejn il-Port, fejn għall-ħabta tal-04.55, beda l-vjaġġ tiegħu lejn Pozzallo fi Sqallija bil-Katamaran Jean De La Valette. B’hekk bdiet l-avventura li mxiet pass pass mal-programm imħejji. Is-Sibt kienet ġurnata twila fejn l-ewwel kien hemm żjara fiċ-ċentri storiċi ta’ Catania u Caltagirone, post kulturali magħruf għaċ-ċeramika.

Wara vjaġġ lejn il-lukanda ta’ erba’ Stillel fiċ-ċentru ta’ Ragusa Ibla, ġiet fi tmiemha l-ewwel ġurnata. Il-Ħadd 27 t’ April kien il-qofol ta’ din il-mawra. Filgħodu wara l-kollezzjon, il-kontinġent erħielha lejn post fejn jitrabbew l-annimali u fejn issir il-produzzjoni tal-ġobon.

Wara vvjaġġa sakemm waqaf fi stabbiliment kummerċjali u lura lejn il-lukanda għall-ikla. Għal ħabta ta’ 15.00, il-mużiċisti flimkien mal-bqija tal-kontinġent irħewlha lejn Modica fi vjaġġ ta’ ftit iżjed min-nofs siegħa. Hemm il-ħolma bdiet issir realtà u l- kontinġent sab ħafna partitarji Ġorġjani ta’ Modica jistennewh proprju fejn il-Banda Anici kellha tibda l-wirja mużikali tagħna. Bdiet marċ li kien akkumpanjat mill-partitarji tagħha u dawk ta’ Modica; irregalat standard tagħha lill-paritarji Ġorġjani ta’ Modica. Barra minn dan, kien ta’ gost kbir għalina naraw l-istandardi jpperpru maż-żiffa friska ta’ dik il-lejla.

Spiċċat l-ewwel parti Mużikali tal-Banda u quddiem il-Katidral, ittieħdu ritratti tal-okkażjoni flimkien mal-partritarji Sqallin. Id-diriġenti tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici flimkien ma’ numru ta’ partitarji kienu preżenti fil-Katidral għall-quddiesa tal-festa u wara saret il-preżentazzjoni tal-bdil tal-istandardi u saret tislima xierqa quddiem ix-xbiha ta’ San Ġorġ Martri. Għall-ħabta tal-17.30 bdiet ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ li għaliha jattendu eluf kbar ta’ nies.

Il-Banda Anici bdiet iddoqq l-Innu Popolari ‘Fjur ta’ Martri’, kompożizzjoni ta’ Mro Giuseppi Camilleri u kliem tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila. Hemm il-qalb ta’ kull Qormi preżenti riedet ittir bil-ferħ, fost l-entużjażmu li kien hemm waqt il-ħruġ tal-istatwa titulari li tirrapreżenta lil San Ġorġ fuq iż-żiemel. Il-Banda kompliet iddoqq fil-purċissjoni quddiem l-istatwa. Preżenti wkoll kien hemm stazzjoni televiżiv Sqalli li beda jxandar live din il-purċissjoni.

Matul it-triq tal-purċissjoni, il-Banda kellha applawsi mistħoqqa u merħba kbira mill-Isqallin għall-interpretazzjoni tal-marċi tradizzjonali Maltin. Kif il-Banda temmet il-wirja mużikali tagħha, kien hemm applaws kbir mill-partitarji Ġorġjani ta’ Modica fejn infexxew jagħjtu ‘Anici, Anici’ u ‘Malta, Malta’. Dan kien sodisfazzjon kbir għall-Banda Anici. B’hekk intlaħaq l-għan li għalih il-Banda għamlet din il-ħames mawra tagħha f’postijiet differenti barra xtutna. B’hekk għal darb’oħra l-Banda Anici kienet l-ambaxxatriċi ta’ Malta fi Sqallija fejn ukoll irrappreżentat lil Ħal Qormi b’suċċess. L-għada, it-Tnejn 28 t’ April 2014, wara l-kollazzjon, il-kontinġent għabba l-bagalji u wara vjaġġ ta’ ftit iżjed min-siegħa wasal Chiaramonte Gulfi, raħal li jinsab fuq waħda mill-għoljiet f’Ragusa.

Hawnhekk il-kontinġent kellu ħin għal passiġġata f’dan ir-raħal kwiet u pittoresk, magħruf għall-għasir taż-żebbuġ, fejn żaru wkoll mużew ta’ kif kien jintgħasar iż-żebbuġ, żaru ieħor ta’ għasafar ibbalzmati, ieħor ta’ armi ta’ żmien il-gwerer li għaddew, ta’ oġġetti sagri, u ieħor ta’ strumenti antiki tal-mużika. Wara n-nies tagħna żaru wkoll il-knisja parrokkjali ddedikata lill-Madonna u wara mar għal ikla stil Sqalli; u mbagħad għamel aħħar eskursjoni kulturali tiegħu lejn Noto. Hemm il-kontinġent kollu ħa ritratt ta’ tifkira u kompla passiġġata fit-triq prinċipali magħrufa għall-bini istil barokk bil-knejjes, it-Teatro Massimo u bini storiku ieħor. Fl-aħħar, il-kontinġent beda triqtu lejn il-port ta’ Pozzallo sabiex għall-ħabta tat-19.40 beda l-vjaġġ lura lejn Malta. Għall-ħabta tal-21.45, il-kontinġent daħal fil-port ta’ Malta. B’hekk ġiet fi tmiemha din il-mawra kulturali, li mhi ser tintesa qatt u sabiex din l-istorja tal-Għaqda tkompli tkun glorjuża.

Tagħrif miġbur minn Chev John Mary Spiteri