Società Filarmonica ‘I Cavalieri di Malta’

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Is-Società Filarmonica ‘I Cavalieri di Malta’ Tas-Sliema). Għalkemm dil-banda Slimiża illum m’għadhiex teżisti, tajjeb li nagħtu xi tagħrif dwarha peress li, għal xi żmien, Mro. Antonio Miruzzi kien jidderiġieha.

Storikament, kienet l-ewwel waħda li twaqqfet f’Tas-Sliema minn Mro. Ferdinando Camilleri. Kellha s-sede tagħha f’Circolo Ceschi. Il-każin kien ġie uffiċċjalment inawgurat il-Ħadd filgħodu, nħar it-8 ta’ Lulju 1886.

Madankollu, hi daqqet l-ewwel darba quddiem il-pubbliku minn fuq planċier għoli magħmul f’forma ta’ torri fis-26 ta’ Settembru ta’ 1886. F’qasir żmien, il-banda bdiet tagħmel isem, u ta’ sikwit kienet tiġi mistiedna biex iddoqq barra minn pajjiżha, b’uħud misservizzi jkunu fuq skala nazzjonali. Kienet tieħu sehem ukoll f’festi reliġjużi f’Tas-Sliema stess fosthom, fil-festa ta’ San Ġwann Battista, patrun tal-banda. Jidher li, dil-festa baqgħet issir sal-1898 peress li, l-isem Ceschi kien tal-Gran Mastru tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ dak iż-żmien.

Mro. Antonio Miruzzi ħa t-tmexxija ta’ dil-banda proprju sena wara, u dam magħha sal-1902, meta mbagħad xoljiet, u magħha xolja wkoll ċ-Circolo Ceschi. Għal dil-banda, Mro. Antonio Miruzzi kien ikkompona innu, A Maria Vergine Stella del Mare, fuq versi tas-Saċerdot Dun Pawl Vella. Dal-innu kien iżżanżan f’lejlet il-festa ta’ Stella Maris fit-23 ta’ Awwissu 1902.

{{DEFAULTSORT:Società Filarmonica ‘I Cavalieri di Malta’ Tas-Sliema