Jonathan Abela

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Jonathan Abela

Mro. Jonathan Abela twieled fis-16 t’ April tal-1972 u huwa iben Carmelo Abela u Mary Abela nee Brown. Huwa twieled il-Pieta` u tgħammed fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz ġewwa l-Birgu. Fl-ewwel Mro Jonathan Abela snin huwa kien joqgħod ġewwa Triq La Valette fil-Birgu. Aktar tard il-familja tiegħu mxiet lejn Ħaż-Żabbar. Jonathan huwa miżżewweg lil Lorraine Abela nee' Grech u għandhom żewġt itfal, Luke u Gabriel. Meta żżewgu huma marru joqogħdu il-Kalkara, fejn għadhom joqogħdu hemm sal-lum. Jonathan huwa uffiċjal taċ-Ċivil u bħalissa qiegħed jaħdem fis-sezzjoni tat-Teknoloġija tal-Informatika fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa u l-Enerġija.

Jonathan beda jistudja l-mużika fl-eta` ta’ sbatax il-sena taħt Mro. Raymond Sciberras. Wara ħdax il-xahar ħareġ idoqq is-slide trombone mal-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar. Fl-istess żmien beda jistudja t-tejorija mużikali taħt l-istess Surmast. Wara sitt snin studju fit-tejorija mużikali fejn għadda mill-grades kollha, fl-1997 għadda wkoll mid-diploma A.Mus.LCM. Sadanittant, huwa baqa’ jistudja is-slide Trombone taħt diversi surmastrijiet oħrajn.

Bis-Slide Trombone, Jonathan daqq ma’ diversi orkestri, baned u gruppi oħrajn. Fosthom daqq mal-Orkestra Nazzjonali li kienet taħt id-direzzjoni ta’ diversi Surmastrijiet barranin. Daqq ukoll mal-Orkestra ta’ Dun Ġwann Galea, l-Orkestra tal-Amadeus Choir tat-tenur Brian Cefai, u l-Orkestra ta’ Mro. Dion Buhagiar fost oħrajn. Filwaqt li l-programmi mużikali ma’ diversi baned Maltin ma naqsux, Jonathan daqq ukoll ma’ diversi bands u f’diversi kunċerti oħra fosthom: Tejatru Unplugged mal-band ta’ Renzo Spiteri kif ukoll mal-Bands Fakawi u Brikkuni. Kien ukoll membru fiss fil-Band Etnika li għamlet suċċess kemm f’Malta u kienet mistiedna kemm il-darba biex iddoqq barra minn xtutna. Ħa sehem ukoll f’diversi Musicals u Pantomimi fosthom Chicago, Peter Panto u Living Legends. Daqq ukoll ma’ diversi Big Bands fosthom il-Johan Strauss Big Band taħt it-tmexxija ta’ Mro. Paul Abela li kienet ħadet sehem ukoll fil-Malta Jazz Festival, mal-Val Valente Big Band, kif ukoll mal-Freddie Mizzi Big Band.

Jonathan kemm il-darba ta is-sehem tieghu ukoll fil-band tal-kor Voices. Riċentement huwa ħa sehem fil-kunċert li tellgħet l-orkestra tal-PBS ġewwa t-tinda f’ Ta’ Qali. L-orkestra kienet taħt it-tmexxija ta’ Mro. Paul Abela u taħt it-tmexxija tal-kuġin tiegħu Mro. Joe Brown. Fis-26 ta’ Diċembru tal-2014, Jonathan reġa’ ingħaqad ma’ Mro. Joe Brown fil-programm li sar b’ risq il-ġbir ta’ fondi għall-Istrina fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni Maltin. Jonathan idoqq ukoll il-Bass Guitar.

Jonathan inħatar Assistent Surmast għall–ewwel darba mal-Banda ta' Għaqda Mużikali San Ġużepp (Kalkara). Aktar tard huwa nħatar ukoll Assistent Surmast mal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika San Bartilmew tal-Għargħur, il-Banda tas-Soċjeta Mużikali San Girgor (Sliema) u aktar tard mal-Banda tal-Għaqda Mużikali Beland ta' iż-Żejtun. Kien ukoll għalliem mal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar.

Fl-2004 inħatar Surmast Direttur tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp (Kalkara), kariga li għadu jokkupa sal-lum. Tul dawn is-snin, Jonathan idderieġa diversi programmi Mużikali mal-Baned li fihom kien jokkupa xi kariga. Jonathan ikkompona diversi Marċi brijużi u funebri, Valzi, Innijiet u arranġamenti oħra għall-banda. Huwa ikkompona ukoll tliet Tone Poems għall-Banda. Siltiet mill-aħħar Tone Poem li kkompona indaqqu ukoll waqt l-audition li saret għall-għażla ta’ Surmast Direttur tas-Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz tal-Birgu.